The ordeal for a victim we will call Joseph began when he unknowingly engaged with an online investment scam after clicking a Facebook pop‑up advertisement promoting a forex trading opportunity. Shortly after interacting with the ad, Joseph was contacted by individuals claiming to be representatives of an online trading platform operating under the website ‘tradeprocapital.com’. These perpetrators presented themselves as professional account managers and successfully convinced Joseph to open an account and begin depositing his capital.
Communication between Joseph and the fraudsters took place primarily through email and WhatsApp. Il-komunikazzjoni bejn Joseph u l-frodisti kienet primarjament permezz ta’ imejl u WhatsApp. Permezz ta’ dawn il-kanali diġitali, Joseph irċieva aġġornamenti regolari li kienu qed juru l-allegati profitti, liema profitti kienu ddisinjati sabiex jikkonvinċuh li l-investimenti tiegħu kienu sejrin tajjeb ħafna. A bażi ta’ dawn ir-rappreżentazzjonijiet iffabbrikati, Joseph kien perswadit jinvesti ammonti ferm ikbar fuq diversi xhur, bil-ħsieb li kien qed jibni futur finanzjarju sod.
Meta l-allegati profitti komplew jakkumulaw fuq il-pjattaforma tal-investiment, Joseph prova jiġbed porzjon minn dawn il-flus. Iżda, hu kien repetutament infurmat mill-‘konsulenti’ fittizji tiegħu li din it-transazzjoni kienet fil-proċess li tiġi effettwata u li dawn il-flus kienu ser jiġu trasferiti lejn il-kont bankarju tiegħu fi żmien qasir. Minkejja dawn l-assigurazzjonijiet kontinwi u t-ton professjonali li l-frodisti kienu jużaw, Joseph ma rċieva l-ebda pagament.
Meta beda jissusspetta minn dan id-dewmien, Joseph għamel kuntatt mal-bank tiegħu, fejn dan tal-aħħar ikkonfermalu li ma kien hemm l-ebda trasferimenti li kienu mibdija biex jidħlu fil-kont tiegħu jew li saħansitra kienu pjanati li jsiru f’ismu. Wara li saru iktar investigazzjonijiet, irriżulta li porzjon sinifikanti mill-flus kienu għaddew permezz ta’ kumpanija tal-kriptoassi li ma kinitx konformi u li kienet ibbażata l-Olanda. Eventwalment, Joseph induna li din l-operazzjoni kollha ma kienet xejn għajr qerq, li wasslitu għal telf finanzjarju ta’ €89,250.
Sinjali ta’ twissija li għandek iżżomm f’moħħok:
- L-opportunità ta’ investiment ġiet skoperta permezz ta’ reklami fuq il-midja soċjali għajr minflok istituzzjonijiet finanzjarji verifikati.
- Il-komunikazzjoni dwar l-investiment saret biss b’mod elettroniku u ma saret l-ebda laqgħa wiċċ imb’wiċċ.
- Il-frodisti dejjem użaw lingwaġġ li deher professjonali u ffabbrikaw aġġornamenti ta’ profitti sabiex joħolqu sens falz ta’ leġittimità.
- Kien hemm pressjoni u nkoraġġiment kontinwu sabiex tinvesti somom kbar ta’ flus sakemm ġie rrapurtat qligħ li ma kienx veru.
- Ma kien bl-ebda mod possibbli għall-vittma sabiex jiġbed flusu u dan minkejja li, kemm b’mod verbali kif ukoll bil-kitba, ġie ripetutament assigurat li seta’ jagħmel dan.
- Il-frodisti għamlu użu minn infrastruttura barranija u kanali ta’ kriptoassi sabiex imexxu l-flus b’tali mod li ma setgħux jintlaħqu mill-awtoritajiet lokali.
- Il-frodisti allegaw li t-transazzjonijiet sabiex jiġbed flusu kienu ‘fil-proċess’ u dan minkejja li ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni bankarja li tikkorrobora dawn l-allegazzjonijiet.
Dikjarazzjoni: Dan il-kontenut huwa bbażat fuq każ reali investigat mill-awtoritajiet. Filwaqt li l-avvenimenti u ċ-ċifri deskritti huma fattwali, l-ismijiet inbidlu biex tiġi protetta l-privatezza tal-individwi involuti.