Dan il-każ jinkludi ħmistax-il pagament, għal investiment fil-kriptoassi, liema pagamenti saru fuq perjodu ta’ sitt xhur fis-sena 2024.
Mingħajr ma jaf, Charles kien f’kuntatt ma’ frodist li allega li kien qed jirrappreżenta pjattaforma ta’ investimenti onlajn.
L-ewwel ma nftetaħ kien kont ma kumpanija liċenzjata fuq kripto, fejn Charles immedjatament ikkonverta flus, li hu kien trasferixxa mill-kont bankarju tiegħu, fi kriptoassi. Taħt il-gwida tal-frodist, Charles imbagħad ta struzzjonijiet lil din l-istess kumpanija sabiex titrasferixxi l-kriptoassi lejn kartieri esterni, bl-għan li jinvesti fi kriptoassi fuq pjattaforma oħra esterna tal-investiment, liema pjattaforma irriżulta li kienet frawdolenti.
L-assi kripto ġew trasferiti lejn kartieri esterni differenti li dawn kienu kollha kkontrollati mill-frodisti. Dawn il-kartieri (self jew un-hosted wallets) ma kinux taħt il-kustodja ta’ xi kumpanija tal-kripto liċenzjata jew li jistgħu jiġu identifikati mill-informazzjoni fuq il-blockchain.
Ġaladarba l-kriptoassi kienu ġew trasferiti lejn dawn il-kartieri esterni (self jew un-hosted wallets), Charles ma kellux iktar kontroll fuqhom, jew inkella iktar aċċess għalihom u spiċċa ġarrab telf ta’ iktar minn €225,000.
Sinjali ta’ twissija li għandek iżżomm f’moħħok:
- Nuqqas ta’ konferma tal-veriċità u l-awtentiċità ta’ pjattaformi ta’ investiment li huma bbażati barra minn xtutna.
- Nuqqas ta’ ċarezza u l-ebda verifika mis-sid propju tal-kartieri esterni li l-assi ser jiġu trasferiti lejhom.
Dikjarazzjoni: Dan il-kontenut huwa bbażat fuq każ reali investigat mill-awtoritajiet. Filwaqt li l-avvenimenti u ċ-ċifri deskritti huma fattwali, l-ismijiet inbidlu biex tiġi protetta l-privatezza tal-individwi involuti.