Joseph safà vittma ta’ scam wara li beda jikkomunika ma’ persuna li ma kienx jaf u li ltaqa magħha minn fuq Facebook. Din il-persuna bdiet turi ċertu interess fih u eventwalment ipperswadietu jibda jinvesti fil-kriptoassi taħt il-gwida u l-pariri tagħha. Dan il-każ seħħ matul is-sena 2022 u 2023. This person started showing a certain interest in him and eventually persuaded him to start investing in crypto-assets under her guidance. This case occurred during the years 2022 and 2023. This case occurred during the years 2022 and 2023.
Il-persuna li Joseph kien jikkomunika magħha ma kinitx liċenzjata biex tipprovdi pariri ta’ investiment u lanqas ma kienet tirrapreżenta xi provditur liċenzjat minn awtorità regolatorja tas-servizzi finanzjarji.
L-interess u l-fiduċja ta’ Joseph ġew akkwistati mill-frodista permezz ta’ diversi messaġġi u komunikazzjonijiet li huwa kien jirċievi b’mod regolari fuq apps tal-messaġġi.
Joseph spiċċa jagħmel diversi pagamenti mill-kont bankarju tiegħu għal provditur tal-kriptoassi liċenzjat lokali fejn il-flus tiegħu ġew konvertiti fi kriptoassi. Il-kriptoassi sussegwentament ġew trasferiti minnu, taħt il-gwida tal-frodist/a, lejn kartieri esterni (jiġifieri kontijiet tal-kriptoassi esterni) fejn mingħalih li dawn kienu ser jiġu nvestiti f’xi kontijiet tiegħu ta’ investiment fil-kriptoassi. Dawn il-pagamenti u komunikazzjonijiet saru fuq perjodu twil ta’ madwar seba’ xhur fejn il-frodista kienet dejjem tiggwidah pass pass x’għandu jagħmel sa mil-ewwel pass biex jiftaħ il-kont fi kriptoassi, kif wkoll il-pagamenti u transazzjonijiet sussegwenti.
Joseph kien qed jittrasferixxi dawn il-flus biex mingħalih jigu nvestiti fi kriptoassi, iżda l-frodista li ħajritu u li kienet qed tigwidah biex jinvesti flusu fil-kriptoassi spiċċat serqitlu l-pagamenti kollha.
Huwa ġie imqarraq li qiegħed jaqla’ ħafna flus min dawn it-transazzjonijiet hekk kif wrewhj il-frodisti minn fuq il-pjattaforma tagħhom, u li iżda kien kollox fittizju.
Biex jieħu flusu lura u l-profitti sostanzjali li qalulu li kien għamel u li iżda kienu fittizji, Joseph ġie l-ewwel mitlub jagħmel diversi pagamenti u ħlasijiet oħra qabel, per eżempju, pagament sostanzjali biex jiġi sblukkat kont tiegħu li qalulu li ġie iffrizat. Dawn it-talbiet kienu biss tentattivi biex il-frodisti jippruvaw jieħdu iżjed flus mingħandu.
Joseph kien tant konvint mir-relazzjoni fittizja tant li saħansitra siefer barra min Malta biex jiltaqa’ mal-ħabiba li mingħalih kellu li taparsi kienet qed tiggwidah jinvesti u jagħmel qligħ fil-kriptoassi.
Wara diversi skużi ġie bblokkat mill-kuntatti kollha li kellu u rrealizza li din kienet scam fejn spiċċa tilef il-fuq minn €65,000.
Sinjali ta’ twissija li għandek iżżomm f’moħħok:
- Kuntatt magħmul minn fuq midja soċjali .
- Il-persuna li offriet pariri u gwida fuq l-investiment ma kienitx illiċenzjata.
- L-ebda laqgħa fizikament jew wiċċ imb’wiċċ, u lanqas f’xi uffiċini mal-persuna li qeda toffri l-pariri fuq l-investiment.
- Il-konsumatur mħeġġeġ jinvesti malajr għax ser jitlef opportunita li jagħmel qligħ.
- Talbiet jew inkorraġġament b’mod regolari u frekwenti biex jiġu nvestiti iżjed flus.
- Indikazzjoni ta’ qligħ sostanzjali f’qasir zmien.
- Urġenza u rikjesti għal diversi pagamenti qabel ma jinagħta aċċess jew biex jinġibdu l-flus.
Dikjarazzjoni: Dan il-kontenut huwa bbażat fuq każ reali investigat mill-awtoritajiet. Filwaqt li l-avvenimenti u ċ-ċifri deskritti huma fattwali, l-ismijiet inbidlu biex tiġi protetta l-privatezza tal-individwi involuti.