Fil-bidu tas-sena 2021, Romina ressqet ilment mal-Pulizija ta’ Malta wara li tilfet is-somma ta’ €31,000 fi skema ta’ frodi onlajn li kienet ilha għaddejja fit-tul. L-awtur ta’ dan ir-reat, li uża l-isem ta’ Manfred, għamel kuntatt magħha permezz tal-Facebook, fejn ippreżenta lilu nnifsu bħala kirurgu li jaħdem barra minn Malta.
Wara ġimgħat ta’ kuntatt, il-komunikazzjoni nbidlet minn waħda fuq il-mezzi soċjali għal skambju ta’ imejls privati. Is-suspettat qasam magħha stejjer elaborati dwar il-fatt li kellu somma kbira ta’ flus miżmuma f’bagalja, li iżda hu ma setax iżomm b’mod sigur. Hu ppropona sabiex hi tirċievi l-bagalja f’ismu, u wegħdha li ħa tingħata kumpens għal din l-għajnuna li ser toffrilu. Iżda, hu spjegalha li l-miżati sabiex tintbagħat il-bagalja, it-tariffi tad-dwana, u xi spejjeż amministrattivi, kellhom jitħallsu bil-quddiem.
B’mod gradwali bejn Jannar 2021 u Frar 2022, u taħt assigurazzjoni kontinwa, Romina ittrasferiet diversi pagamenti li ammontaw għas-somma ta’ €31,000. Kull darba li hi ħallset it-tariffa mitluba minnha, kienet tiġi mitluba tħallas xi tariffa oħra differenti u mhux mistennija. Iżda, din il-bagalja mwegħda, ma waslet qatt.

Dikjarazzjoni: Dan il-kontenut huwa bbażat fuq każ reali investigat mill-awtoritajiet. Filwaqt li l-avvenimenti u ċ-ċifri deskritti huma fattwali, l-ismijiet inbidlu biex tiġi protetta l-privatezza tal-individwi involuti.