Kif Tirrapporta Scam

Relazzjoni mal-Aġenziji ta’ Rrapurtar

Dan is-sit portali ma jaġixxix bħala mekkaniżmu ta’ irrapurtar għal scams. Minflok, dan iservi bħala gwida sabiex jgħin lill-utenti jidentifikaw l-awtorità korretta li għandhom jikkuntattjaw, u dan skond in-natura tal-kwistjoni tagħhom.

Skond is-sitwazzjoni, l-utenti jistgħu jiġu diretti lejn:

  • L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għal kwistjonijiet relatat mas-servizzi finanzjarji.
  • Il-Pulizija ta’ Malta għal frodi onlajn jew kwalunkwe ilment ieħor relatat mal-kriminalità.
  • L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji għal ilmenti li jinvolvu fornituri tas-servizzi finanzjarji.

Dan is-sit jagħti spjegazzjoni ta’ dan b’mod ċar sabiex jiġi żgurat li r-rapporti jiġu sottomessi lill-korp xieraq mingħajr dewmien.

Awtoritajiet Imsieħba

Dan is-sit portali huwa appoġġjat minn awtoritajiet pubbliċi relevanti f’Malta, fejn kull wieħed huwa responsabbli minn aspetti speċifiċi fuq il-prevenzjoni tal-frodi, l-irrapurtar, u l-protezzjoni tal-konsumatur. L-utenti huma ggwidati lejn l-awtorità xierqa skond in-natura tal-kwistjoni.

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)

L-MFSA hija r-regolatur tas-servizzi finanzjarji f’Malta u għandha l-irwol ċentrali li tipproteġi l-konsumaturi filwaqt li żżomm l-integrità tas-suq.

Responsabbiltajiet ewlenin fir-rigward tal-għarfien finanzjarju:

  • Ħruġ ta’ twissijiet dwar servizzi finanzjarji mhux awtorizzati u scams tal-investimenti.
  • Tipprovdi gwida dwar frodi finanzjara u riskji ta’ investiment.
  • Appoġġ għall- għarfien pubbliku u l-edukazzjoni finanzjarja.

Meta għandek tikkuntattja lill-MFSA:

  • Jekk tiltaqa’ ma’ xi opportunitajiet ta’ investiment li huma suspettużi.
  • Jekk hemm xi entità li qed topera mingħajr awtorizzazzjoni.
  • Għal tħassib relatat mal-fornituri tas-servizzi finanzjarji.
Ikkuntattja MFSA

Il-Pulizija ta’ Malta

Il-Pulizija ta’ Malta hija responsabbli mill-investigazzjoni ta’ attivitajiet kriminali, li jinkludu frodi u kriminalità ċibernetika.

Responsabbiltajiet ewlenin:

  • Investigazzjoni ta’ reati kriminali relatati mal-frodi.
  • Immaniġġjar ta’ rapporti ta’ frodi u kriminalità ċibernetika.
  • Prosekuzzjoni ta’ suspettati fejn tiġi identifikata xi kondotta kriminali.

Meta għandek tikkuntattja lill-Pulizija:

  • Jekk inti sfajt vittma ta’ xi scam.
  • Jekk tlift xi flus jew jekk l-informazzjoni personali tiegħek ġiet kompromessa.
  • Għal attività frawdolenti urġenti jew kontinwa.
Ikkuntattja lill-Pulizija

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jipprovdi mekkaniżmu indipendenti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn il-konsumaturi u l-fornituri tas-servizzi finanzjarji.

Responsabbiltajiet ewlenin:

  • Kunsiderazzjoni ta’ ilmenti kontra fornituri ta’ servizzi finanzjarji liċenzjati.
  • Riżoluzzjoni indipendenti tat-tilwim.
  • Appoġġ għal deċiżjonijiet ġusti għall-konsumaturi.

Meta għandek tikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Arbitru:

  • Jekk għandek ilment dwar fornitur tas-servizzi finanzjarji.
  • Jekk m’intix sodisfatt bil-mod kif il-fornitur tas-servizzi finanzjarji tratta l-kwistjoni tiegħek.
  • Wara li l-kwistjoni ma ġietx riżolta direttament mal-fornitur tas-servizzi finanzjarji tiegħek.
Ikkuntattja lill-Arbitru

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar l-Ambitu u l-Limitazzjonijiet

L-informazzjoni pprovduta f’dan is-sit portali hija ntenzjonata għal gwida ġenerali u skopijiet t’għarfien biss.

Dan is-sit portali, bl-ebda mod ma jippretendi li jipprovdi pariri dwar l-investiment. L-utenti li jixtiequ jiksbu parir dwar l-investiment, huma mħeġġa sabiex jagħmlu kuntatt ma’ entitajiet li huma awtorizzati mill-MFSA biex jipprovdu dawn is-servizzi. Lista ta’ dawn l-entitajiet tinsab fir-Reġistru tas-Servizzi Finanzjarji tal-MFSA.

L-inklużjoni ta’ ħoloq (links) għal siti portali esterni jew għal pjattaformi ta’ irrapurtar, hija provduta biss għall-konvenjenza. Dan is-sit m’għandux kontroll fuq u lanqas huwa responsabbli għall-kontenut, id-disponibilità, u s-sigurtà ta’ sistemi esterni.

Dan is-sit portali ma jinvestigax jew isolvi każi individwali, u lanqas jipproċessa rapporti dwar scams. Kwalunkwe rapport għandu jiġi sottomess direttament lill-awtorità kompetenti relevanti.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.