Scams Romantici

What it is

Scams romantiċi jseħħu meta l-kriminali jibnu relazzjonijiet emozzjonali mal-vittma permezz tal-midja soċjali, apps tad-dating, jew pjattaformi tal-messaġġi. Il-frodisti jqattgħu ġimgħat, jew anke xhur, biex jibnu l-fiduċja tal-vittma, joħolqu anke sens ta’ intimità, u jippreżentaw lilhom infushom bħala nies affidabbli u li jimpurtahom. Ġaladarba din il-konnessjoni emozzjonali tkun b’saħħitha, huma jibdew jintroduċu talbiet finanzjarji, ħafna drabi jinkwdrawhom bħala emerġenzi, spejjeż mediċi, kwistjonijiet relatati mal-ivvjaġġar, jew xi kriżijiet personali.

How it works

1
Il-kuntatt jibda fuq il-midja soċjali, apps tad-dating, jew pjattaformi tal-messaġġi.
2
Normalment, il-frodisti jevitaw milli jiltaqgħu jew saħansitra jagħmlu telefonati bil-vidjo, u ħafna drabi jgħidu li jkunu barra minn Malta.
3
Il-konnessjoni emozzjonali tinbena permezz ta’ komunikazzjoni li tkun konsistenti.
4
It-talbiet finanzjarji jibdew b’urġenza, normalment marbuta ma’ kriżijiet li jkunu ffabrikati.
Warning Signs and Red Flags
Relazzjoni “intensa” li timxi b’pass mgħaġġel ħafna.
Talbiet għal segretezza jew iżolazzjoni mill-ħbieb jew familjari.
Diversi skużi sabiex jiġu evitati telefonati bil-vidjo jew laqgħat wiċċ imb’wiċċ.
Introduzzjoni ta’ terzi persuni (tobba foloz, avukati, jew aġenti).
Pressjoni sabiex tibgħat flus permezz ta’ metodi li m’humiex tas-soltu u fuq kollox metodi li ma jkunux jistgħu jiġu ntraċċati.
What to do now
Waqqaf il-kuntatt u tibgħatx flus.
Tkellem ma’ xi ħadd li tafda; il-frodisti għandhom tendenza jiżolaw lill-vittmi.
Irraporta lill-Pulizija u lill-MFSA jekk inti ġarrabt xi telf finanzjarju.
Introduzzjoni ta’ terzi persuni (tobba foloz, avukati, jew aġenti).
Ippreserva l-messaġġi, l-profili, screenshots, u xi evidenza tal-pagamenti li għandek.

Real cases in Malta

Report a Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Report a Scam Now

Other Scam Types

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.