Imejl tan-Negozju li ġiet kompromessa (Business Email Compromise)

X'inhu

Din hija tip ta’ scam fejn il-frodisti jaċċessaw il-kont tal-imejl reali, normalment dak ta’ kumpanija, kuntrattur, jew impjegat, u jużawh sabiex iqarrqu bin-nies biex jibagħtu flus lil kont bankarju żbaljat. Minħabba li l-imejls jiġu mibgħuta minn indirizz uffiċċjali, dawn ikunu jidhru ġenwini. Wara li jirnexxilhom jakkwistaw aċċess għall-imejls, ħafna drabi, l-frodisti jistennew u jsegwu l-konverżazzjonijiet ta’ l-imejls, u mbagħad jibagħtu messaġġ fil-mument opportun, u jistaqsu għal xi pagament urġenti jew tibdil tad-dettalji bankarji ta’ fejn is-soltu jsiru l-pagamenti. Peress li l-messaġġ jintbagħat minn imejl u fuq stil simili ta’ dik li wieħed normalment jirċievi ,dan kollu jagħmel l-iscam iktar diffiċli biex tiġi identifikata. Il-pagament jispiċċa mibgħut ġewwa kont bankarju kkontrollat mill-kriminali minflok lill-entita ġenwina tan-negozju.

Kif Jaħdem

1
L-mailbox tkun ġiet kompromessa u l-kriminali jkunu qed josservaw skambjament ta’ messaġġi li jinvolvu talbiet għal ħlas jew fatturi.
2
Tintbgħat imejl li tidher leġittima, iżda li tinkludi bidla fid-dettalji bankarji fejn jintalab li jsir il-ħlas.
3
Il-flus jintbagħtu f’kont bankarju ħazin; fl-istess ħin, jiġu moħbija jew imħassra t-traċċi li s-sistema ta’ l-imejl ġiet kompromessa.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Talba mhux mistennija u urġenti biex jinbidlu d-dettalji bankarji
L-imejl ma’ tkunx tidher awtentika, bi żbalji fl-ortografija, u bl-indirizz jew domain mhux tajjeb.
Pressjoni biex isir pagament b’urġenza.
Aktar tard, in-negozjant jiddikjara li “ma rċeviex il-pagament”.
X'Għandek Tagħmel Issa
Ivverifika b’mod indipendenti: ċempel fuq numru li taf li huwa żgur tajjeb; isserraħx biss fuq l-imejl.
Uża kontrolli doppji jew diversi livelli ta’ awtorizzazzjoni meta jintalab tibdil fid-dettalji bankarji.
Informa lill-bank tiegħek minnufih jekk il-pagament ikun diġà sar.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.