Scams tal-Kripto

X'inhu

Scams tal-kripto jinvolvu pjattaformi tal-kriptoassi li jkunu foloz, apps tal-mowbajl li huma frawdolenti, kumpaniji kklonati, jew “opportunitajiet ta’ investiment’ f’assi diġitali li huma qarrieqa. Ħafna drabi, l-frodisti jużaw siti portali sofistikati li jimitaw pjattaformi ta’ investiment li huma reali, u juru bilanċi u riżultati li huma ffabrikati. Inti għandek mnejn tintalab li tiftaħ kont ma’ pjattaforma leġittima iżda mbagħad tinagħta struzzjonijiet sabiex titrasferixxi l-kriptoassi tiegħek lejn kartieri kripto esterni li jkunu kkontrollati mill-frodist. Minħabba li t-transazzjonijiet fuq il-blockchain huma rriversibbli, ġaladarba l-flus jiġu trasferiti, dawn ma jistgħux jiġu rkuprati. Hemm ukoll xi scams li jwegħdu tokens ġodda jew inkella opportunitajiet ġodda, fejn iżda dawn xorta jispiċċaw b’xejn.

Kif Jaħdem

1
Jgħidulek tiftaħ kont kripto, u mbagħad jgħidulek tibgħat kriptoassi lejn kartieri esterni li inti m’għandek l-ebda kontroll fuqhom.
2
Inti tiġi muri profitti fittizji fejn biex tiġbed dawn l-istess profitti, tintalab tħallas xi “tariffa”.
3
Apps li jkunu kkontrollati jew inkella li inti taqsam l-iskrin tiegħek ma xi ħadd huma komuni ħafna.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Allegat “profitt” li sar faċilment.
Kuntatt onlajn biss; l-ebda laqgħa wiċċ imb’wiċċ.
Pressjoni biex tinvesti iktar; il-biża li jekk ma tinvestix iktar jaf titlef xi opportunità tajba.
Tintalab tinstalla “Any Desk” jew programm simili biex tagħti aċċess remot.
“Ħallas it-tariffa l-ewwel” biex imbagħad jiġu rilaxxati l-flus tiegħek.
Trasferiment lejn kartieri esterni li huma proprjetà ta’ xi ħadd ieħor.
X'Għandek Tagħmel Issa
Waqqaf it-trasferiment; agħmel kuntatt mal-bank jew il-pjattaforma tiegħek.
Tħallasx “tariffi” biex mingħalik tieħu flusek lura.
Irraporta l-indirizz tal-kartiera u t-transazzjoni relevanti lis-Cyber Crime tal-Pulizija.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.