Scams tat-tip Forex

X'inhu

Scams tat-tip Forex jieħdu vantaġġ mill-kumplessità tan-negozjar fil-kambju barrani. Il-frodisti jallegaw li huma jistgħu jgħinuk “tirdoppja flusek”, jipprovdulek “strateġiji sigrieti”, jew joffrulek aċċess għal programm speċjali ta’ transazzjonijiet onlajn li jiggarantixxi profitti għoljin. Huma jistgħu jagħmluha ta’ kumpanija liċenzjata jew jikklonaw il-branding ta’ provdituri leġittimi. Ħafna drabi, l-vittmi jiġu murija riżultati tal-andament tal-investiment li jkunu foloz, jew inkella ssirilhom pressjoni sabiex jibagħtu ammonti ikbar. Ġaladarba jinġabru biżżejjed flus, il-frodisti iwaqqfu l-kuntatt mal-vittmi, jibblukkaw l-aċċess għall-pjattaforma, jew inkella, jitolbu għal iktar pagamenti qabel tiġi proċessata xi talba biex jinġibdu l-flus.

Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Profitti “garantiti” jew mingħajr l-ebda riskju.
Pressjoni ta’ bejgħ aggressiva u b’urġenza.
Tintalab tħallas xi tariffi qabel tkun tista’ tiġbor il-qligħ li għamilt.
Talbiet biex tibgħat flus barra minn Malta jew tibgħathom permezz tal-kripto.
Operat mingħajr il-liċenzja tal-MFSA; bdil tal-“konsulenti”.
X'Għandek Tagħmel Issa
Ivverifika l-liċenzji fuq ir-Reġistru tal-MFSA
Ittratta l-garanziji mogħtija lilek bħala sinjal ta’ twissija.
Fittex parir indipendenti u ma entitajiet liċenzjati li ġew ivverifikati qabel tipproċedi li tinvesti.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.