Smishing u Spoofing

X'inhu

Smishing u Spoofing huma tipi ta’ scams li jinvolvu messaġġi frawdolenti, telefonati, jew kuntatt permezz ta’ apps tal-messaġġi, li jippretendu li jkunu ġejjin mill-bank, mir-regolatur finanzjarju, minn xi kumpanija postali, jew xi organizzazzjoni oħra ta’ fiduċja. Il-frodisti jużaw teknoloġija li tagħmel l-isem u n-numru ta’ kuntatt ta’ min qed jibgħat il-messaġġ, jidhru leġittimi, ħafna drabi, anke identiċi għan-numru użat mill-bank tiegħek. L-għan tagħhom huwa sabiex jippanikjawk u joħolqu fik sens ta’ urġenza billi jallegaw li l-kont tiegħek ser jiġi bblukkat, xi pagament huwa pendenti, jew xi kwistjoni relatata mas-siġurtà tal-kont tiegħek ġiet innotata. Huma jwassluk sabiex tagħfas fuq xi ħolqa (link), jipprovdulek kodiċi sigrieti, jew iwassluk taġixxi b’tali mod li tagħtihom aċċess għall-kont bankarju tiegħek jew aċċess għad-dettalji personali tiegħek.

Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
SMS li jinkludi ħolqa (link) li tintalab tagħfas biex taparsi tivverifika l-kont.
Rikjesta għall kodiċi sigrieti wara li tagħfas din il-ħolqa.
Telefonata urġenti li thedded li ser jittieħdu xi pagamenti jew ser jiġi sospiż il kont.
Rikjesta mhux mistennija ta’ validazzjoni jew awtentikazzjoni.
Twissija li l kont jiġi bblukkat jekk ma tagħfasx il link.
X'Għandek Tagħmel Issa
Tagħfasx fuq l-ebda link. Tagħtix l-ebda kodiċi jew password. Aqtà t-telefonata minnufih.
Ċempel lill-bank tiegħek billi tuża n-numru li jidher fuq is-sit portali uffiċċjali jew fuq il-card tal-bank.
Irraporta l-messaġġ jew in-numru minnufih lill-bank tiegħek u lill-Pulizija.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.