Kumpaniji kklonati

X'inhu

Kumpanija kklonata tkun meta frodisti joħolqu siti portali, reklami, jew inkella imejls li jkunu qed jikkupjaw lil provdituri tas-servizzi finanzjarji li huma liċenzjati. Dawn l-entitajiet foloz jużaw ismijiet, logos, numri tal-liċenzja, jew inkella t-tqassim tas-sit portali, li huma simili għal ta’ dawk il-kumpaniji liċenzjati, u dan sabiex iqarrqu bil-konsumaturi u jġagħluhom jaħsbu li qed jittrattaw ma’ kumpanija leġittima meta fil-fatt ma jkunx il-każ. L-għan wara dan kollu huwa sabiex jiksbu malajr l-fiduċja u jipperswadu lill-konsumaturi sabiex jinvestu jew inkella jipprovdu dettalji personali. Dawn is-siti portali kklonati jistgħu jidhru kważi identiċi għal dawk is-siti uffiċċjali, iżda, normalment jinkludu bidla minima fil-ħolqa (link), dettalji ta’ kuntatt li m’humiex uffiċċjali, jew inkella, jikkomunikaw biss permezz ta’ apps minflok permezz ta’ kanali korporattivi uffiċċjali.

Ħjiel: Dejjem iċċekkja l-URL għal ortografija ħażina li tkun sottili (Ez. amaz0n.com) u għal kriptaġġ tas-sigurtà (Ez. https or shttp);

Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Żbalji fil-URL li huma sottili (eżempju, amaz0n.com).
Dettalji ta’ kuntatt li huma differenti minn dawk li hemm fuq ir-Reġistru tal-MFSA.
Talbiet biex tinagħqad magħhom li jiġu minn reklami jew apps.
X'Għandek Tagħmel Issa
Iċċekkja eżatt l-isem tal-kumpanija, l-kategorija tal-liċenzja u d-dettalji ta’ kuntatt minn fuq ir-Reġistru tal-MFSA u mhux mill-ħoloq (links) li jibagħtulek.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.