Scams magħrufa bħala ‘pig-butchering’

X'inhu

Pig-butchering scams huma skemi ta’ frodi sofistikati fejn il-frodist jibni rapport mal-vittma qabel jibda, bilmod, jintroduċi xi opportunità ta’ investimenti li tkun fittizja. Il-frodisti jinkoraġġixxu lill-vittma biex tinvesti fi pjattaforma li tkun qed turi profitti foloz, fejn għall-ewwel, titħalla tiġbed xi flus sabiex din tidher li hija kredibbli. Eventwalment, il-vittma tiġi manipulata sabiex tibgħat ammonti ikbar sakemm il-frodist imbagħad jisparixxi.

Kif Jaħdem

1
Il-kuntatt jibda fuq il-midja soċjali, apps tad-dating, jew permezz ta’ messaġġi.
2
Huma jevitaw li jiltaqgħu mal-vittma jew inkella jevitaw li jagħmlu telefonati bil-vidjo; jallegaw li jkunu barra minn Malta.
3
Rabta emozzjonali; imbagħad talbiet urġenti għall-flus.
4
F’pig-butchering, il-frodisti imexxuk lejn “pjattaforma ta’ investiment”, juru qligħ fittizju, jippermettu li jinġibdu ammonti żgħar, u mbagħad jimbuttaw għal depożiti u rikjesti ta’ pagamenti ikbar.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Relazzjonijiet “intensi” u li jimxu b’pass mgħaġġel ħafna; it-talbiet għal segretezzi.
Jevita l-vidjo jew laqgħat wiċċ imb’wiċċ; jintroduċi “tobba/avukati/aġenti” jew nies oħra taparsi professjonali.
Jimbuttak sabiex tinvesti fuq “pjattaforma” li hu stess jirrakkomandalek.
Pressjoni sabiex tibgħat il-flus permezz ta’ metodi li m’humiex tas-soltu.
X'Għandek Tagħmel Issa
Waqqaf il-kuntatt; tibgħatx flus.
Tkellem ma’ xi ħadd tal-fiduċja tiegħek; il-frodisti għandhom tendenza jiżolaw lill-vittmi.
Irraporta lill-Pulizija u lill-MFSA jekk hemm investimenti involuti.
Ippreserva l-messaġġi, profili, jew xi screenshots li għandek.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.