Scams li jinvolvu l-irkupru tal-flus

X'inhu

Scams li jinvolvu l-irkupru ta’ flus huma mmirati lejn individwi li jkunu diġà tilfu l-flus minn scams oħrajn. Il-frodisti jippreżentaw lilhom infushom bħala avukati, uffiċċjali governattivi, jew ‘speċjalisti ta’ irkupru’, li jwiegħdu l-irkupru tal-flus misruqa u dan bi skambju għal ħlas bil-quddiem tat-tariffa. Dan kollu qabel jisparixxu b’iktar flus minn tiegħek.

Kif Jaħdem

1
Il-vittma tal-iscam jerġa’ jiġi avviċinat mill-istess frodist bi skuża differenti, jew inkella, avviċinat minn frodisti oħrajn li jkunu akkwistaw id-dettalji tal-vittma mingħand il-frodist oriġinali.
2
Il-frodisti jimpersonifikaw il-Pulizija, xi professjonist (avukat jew investigatur) jew inkella xi kumpanija responsabbli mill-irkupru tal-assi.
3
Il-vittma jirċievi telefonata għall-għarrieda mingħand il-frodist, fejn dan tal-aħħar iwegħdu li ser jgħinu biex jirkupra l-assi mitlufa, b’dan kollu jkun suġġett għal iktar tariffi.
4
Il-vittma jista’ ukoll, mingħajr ma jinduna, javviċina aġent ta’ rkupru fittizju, bħal pereżempju, wara li jagħmel tfittxijiet fuq l-internet jew inkella wara li jsegwi xi reklam fuq il-midja soċjali.
5
Is-sofistikazzjoni ta’ dawn l-iscams tvarja, fejn ċertu frodisti anke joħolqu siti li jkunu foloz iżda b’dehra professjonali, bl-għan li jipprovdu servizzi ta’ irkupru tal-assi.
6
Minflok jirkupra l-assi mitlufa, l-vittma jerġa’ jiġi ngannat mill-ġdid biex iħallas tariffi addizzjonali bit-tama li jirkupra l-flus mitlufa. Iżda, dan kollu jwassal biex jintilfu iktar flus fil-proċess.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Kuntatt minn xi ħadd li jaf li inti sfajt vittma ta’ scam, liema kuntatt però ma tkunx tlabt għalih inti.
Wegħdiet relatati mal-irkupru tal-flus mitlufa, liema wegħdiet ma jkunux realistiċi.
Talbiet urġenti għal pagamenti bil-quddiem sabiex ikun jista’ isir l-irkuprar tal-flus, iżda dawn it-talbiet isiru qabel ma x-xogħol ta’ irkuprar ikun biss beda.
Allegazzjoni li l-flus mitlufa diġà instabu, u li sabiex dawn jiġu rilaxxati, hemm bżonn li titħallas xi tariffa.
Kredenzjali mhux verifikati kif ukoll nuqqas ta’ evidenza dwar l-awtentiċità tal-aġent tal-irkupru.
Nuqqas ta’ storja tal-operat tal-aġent tal-irkupru u l-ebda dettalji ta’ kuntatt wiċċ imb’wiċċ mal-istess aġent.
Klassifikazzjonijiet ta’ fiduċja li huma foqra u diversi twissijiet fuq siti oħrajn dwar l-aġent tal-irkupru.
Talbiet għal passwords jew talbiet għall-aċċess għall-apparat elettroniku tiegħek.
Talbiet kontinwi għal pagamenti ġodda, bi skuża differenti kull darba.
X'Għandek Tagħmel Issa
Oqgħod attent minn kuntatti li ma tlabtx għalihom inti, u fuq kollox, waqqaf dan il-kuntatt.
Ivverifika l-awtentiċità tal-persuna/entità billi tuża dettalji ta’ kuntatt uffiċċjali.
Tavviċinax partijiet li m’humiex verifikati jew inkella sorsi li m’humiex uffiċċjali.
Qatt tibgħat pagamenti mitluba minn partijiet mhux magħrufa.
Qatt tagħti l-kredenzjali tiegħek jew inkella aċċess għall-apparat elettroniku tiegħek.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.