Investiment Frawdolenti

X'inhu

L-iscams tal-investiment huma skemi fejn il-frodisti jippretendu li huma konsulenti finanzjarji leġittimi jew li ġejjin minn pjattaformi ta' investiment onlajn. Huma jippruvaw jikkonvinċuk tinvesti l-flus fi prodotti li fil-fatt ma jeżistux jew li jidhru li qed jaħdmu tajjeb permezz ta' siti portali foloz, dashboards foloz, jew dokumenti ffalsifikati. Dawn il-frodisti spiss jużaw lingwaġġ li jinstema' professjonali, siti portali li jidhru impressjonanti, u "profitti" fabbrikati biex jiksbu l-fiduċja tiegħek. Tipikament jibdew billi jitolbu depożitu żgħir, iżda gradwalment jagħmlu pressjoni fuqek biex tinvesti aktar. Meta tipprova tiġbed flusek, jitolbu ħlasijiet addizzjonali bħal "taxxi," "assigurazzjoni," jew "tariffi tal-ipproċessar," li dawn ikunu biss skużi biex jisirqu aktar flus. Eventwalment, jisparixxu jew jimblokkaw il-kuntatt kollu.

Kif Jaħdem

1
Tara riklam jew tirċievi telefonata/messaġġ dwar investiment "esklussiv".
2
Tintalab "tibda bil-mod il-mod" (€250–€500) biex "tipprova" l-pjattaforma.
3
Il-pjattaforma turi qligħ fittizju biex tibni l-fiduċja.
4
Tiġi imħeġġeġ biex tinvesti ammonti akbar.
5
Meta tipprova tiġbed flusek, jitolbu ħlasijiet addizzjonali (taxxa, assigurazzjoni, ipproċessar).
6
Fl-aħħar nett jisparixxu jew, jippożaw bħala aġent li taparsi ser jgħinek tirkupra flusek lura u dan biex tintalab tħallas spejjeż addizzjonali.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
“Konsulent” mhux liċenzjat; l-ebda laqgħa wiċċ imb’wiċċ f’uffiċċju ta’ xi entità regolata.
Pressjoni jew sens ta’ urġenza; tattiċi ta’ FOMO (biża’ li titlef opportunità).
Talbiet biex taqsam l-iskrijn tal-apparat elettroniku tiegħek; jew biex jingħata kontroll tal-istess apparat.
Talbiet biex taqsam l-iskrijn tal-apparat elettroniku tiegħek; jew biex jingħata kontroll tal-istess apparat.
Talbiet biex tħallas spejjeż oħra qabel ma jkun possibbli tiġbed il-flus.
Bidla regolari tal-“konsulenti”, minkejja li jippreżentaw ruħhom bħala mill-istess “kumpanija”.
X'Għandek Tagħmel Issa
Ieqaf milli tibgħat aktar flus.
Tħallasx spejjeż oħrajn biex jiġu rilaxxati l-profitti.
Ikkuntattja lill-bank tiegħek immedjatament.
Irrapporta l-każ lis-Cyber Crime tal-Pulizija u lill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA).
Żomm kopja tal-messaġġi, imejls, irċevuti u indirizzi tal-kartieri kollha.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.