Scams li jinvolvu l-impersonifikazzjoni

X'inhu

Scams li jinvolvu l-impersonifikazzjoni jinvolvu frodisti li jippretendu li huma organizzazzjonijiet ta’ min jafdahom, bħal pereżempju, l-MFSA u xi awtoritajiet oħra, u dan sabiex iqarrqu bin-nies biex jibagħtulhom il-flus jew jaqsmu magħhom informazzjoni sensittiva.

Ħafna drabi, dawn l-iscams ikunu jidhru konvinċenti, billi jiġu użati ismijiet uffiċċjali, logos uffiċċjali, u anke firem.

Kif Jaħdem

1
Frodisti jibagħtu imejls, messaġġi, u dokumenti taparsi ġejjin mingħand ir-regolatur jew awtoritajiet uffiċċjali.
2
Għandhom mnejn jallegaw li hemm xi ‘investigazzjoni’ għaddejja jew xi kwistjoni relatata mal-kont tiegħek.
3
Inti tintalab tipprovdi dokumenti jew tagħti informazzjoni sensittiva.
4
Huma jitolbuk xi pagament (pereżempju, ‘tariffi għall-verifikazzjoni’ jew ‘taxxi’), u dan biex ikunu jistgħu jirrilaxxaw il-flus tiegħek.
5
Issirlek ħafna pressjoni, ħafna drabi anke b’theddid li l-flus tiegħek ser jiġu bblokkati jew irritornati jekk ma taġixxix immedjatament.
Sinjali ta' Twissija u Bandieri Ħomor
Lingwaġġ urġenti jew ta’ theddid.
Talbiet għal dokumenti personali, informazzjoni sensittiva, jew ‘tariffi’ mhux mistennija.
Logos jew format ta’ kwalità inferjuri, inkella tipi ta’ komunikazzjoni li mhux normalment użati f’dawn is-sitwazzjonijiet (pereżempju messaġġi bil-WhatsApp).
Referenza għal ‘investigazzjonijiet’ li inti m’intix konxju tagħhom.
Allegazzjonijiet li l-flus jiġu bblokkati jew inkella saħansitra mitlufa jekk ma taġixxix immedjatament.
Indirizzi tal-imejl li jidhru suspettużi (pereżempju, indirizzi li ma jispiċċawx @mfsa.mt).
X'Għandek Tagħmel Issa
Ieqaf u tagħtix risposta dak il-ħin.
Ivverifika t-talba li qed issirlek billi tuża dettalji ta’ kuntatt li huma uffiċċjali u mhux dawk indikati fil-messaġġ li tkun irċevejt.
Iċċekkja jekk l-entità konċernata hix liċenzjata u mniżżla fir-Reġistru tal-MFSA.
Qatt tibgħat flus jew tagħti dettalji personali qabel tkun ċert li t-talba li qed issirlek hija leġittima.

Każijiet Reali f'Malta

Irrapporta Scam

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.

Irrapporta Scam Issa

Tipi Oħra ta' Skam

Stay up to date

Join our subscribers list to get the latest news.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.